Lokali
“Rajt il-mewt u issa li bqajt ħaj irrid ngħin lil ħaddieħor”

Ftit tax-xhur ilu ra ħajtu tasal fit-tmiem, bil-biża’ li se jinfired għal dejjem minn uliedu li tant iħobb. Paul Borg ta’ 51 sena f’April li għadda għamel operazzjoni maġġuri fil-qalb l-Ingilterra u jgħid li issa li ngħata ċ-ċans li jkompli jgħix irid jagħmel kemm jiflaħ ġid lil ħaddieħor.

Wara tlieta u għoxrin sena jbati minn problemi fil-qalb, f’Marzu li għadda, Paul Borg ngħata l-aħbar li se jkollu jitla’ malajr l-Ingilterra minħabba li l-aorta ta’ qalbu kibret tant li seta’ jmut. Paul qal li ġej minn familja li jbatu minn problemi fil-qalb, fosthom ommu u ħuh li qabel ma mietu kellhom problemi serji fil-qalb. Qal li dak il-ħin li ngħata l-aħbar li ħajtu kienet riesqa lejn it-tmiem, ra bħal dalma kbira.

“L-ewwel ħaġa li għaddew minn quddiem għajnejja it-tfal u l-familjari mbagħad tgħid jiena baqagħli ħajja jew le, tispiċċa b’ħalqek magħluq”.

Fl-Ingilterra ġie operat darbtejn biex biddlulu l-aorta ta’ qalbu u għamlulu valve ġdid. Jakkumpanjawh fl-Ingilterra kien hemm oħtu u ż-żewġ uliedu u li dan kien possibbli minħabba li ngħataw fejn joqgħodu minn Puttinu. Paul qal li l-fatt li kien imdawwar mill-familja, iħossu grat wisq lejn din il-fondazzjoni li tgħin eluf ta’ familji li jitilgħu għall-kura ta’ qrabathom fl-Ingilterra.

“Nappella ħafna lil Puttinu u n-nies, biex ikunu utli għall-poplu Malti biex kif inħabbtulhom il-bieb insibu l-ispalla li tgħid grazzi Mulej xi ħadd qabadli jdejja li għandi fejn noqgħod jien u l-qraba tiegħi”.

Issa li jħoss li ħajtu twieldet mill-ġdid, Paul qal li jrid jgħin kemm jista’ lil pazjenti bħalu u għalhekk se jieħu sehem fil-maratona ta’ Puttinu bejn il-ġimgħa u l-Ħadd li ġej f’Marsa Sports Grounds, fil-maratona ta’ futbol, kant, divertiment u logħob għat-tfal, f’dik li tista titqies bħala ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà li se tixxandar fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbiltà politika u jneħħi lil Keith Schembri minn Chief of Staff. Il-Mozzjoni titlob li b’mod urġenti, il-Parlament jiddiskuti l-aħħar…

Qorti

Waqt konferenza stampa dwar proġett għall-aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq fuq il-bżonn li s-sistema ġudizzjarja tkun relevanti għas-soċjetà tagħna. F’konferenza li mmarkat…

Edukazzjoni

F’konferenza dwar l-litteriżmu fil-midja l-President George Vella appella għal aktar kawtela bil-mod ta’ kif tigi analizzata l-aħbar. Dr Vella sostna li l-kredibilità fil-ġurnaliżmu ma tistax titkejjel minn kemm l-artiklu jkollu…

Qorti

Daniel Appau mill-Ghana ġie ordnat jitkeċċa minn Malta. Dan wara li Appau seraq rota ta’ kunsillier Żebbuġi, reat li tiegħu il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannatu wkoll għal 13-il xahar ħabs…

Aktar