Kultura
‘Rajtha u waqfitli qalbi’ – statwa tal-Madonna tirritorna f’niċċa isbaħ fil-Kappara

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ.

Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali li tilqa’ l-istatwa tal-Madonna li tul is-snin kienet mezz ta’ devozzjoni u ġesti ta’ solidarjetà.

F’garaxx f’Ħal Qormi, Joseph Spiteri għaddej bit-tqattiegħ tal-ġebel għal niċċa monunmentali biex tilqa statwa tal-Madonna ta’ Lourdes, fil-ġenb tat-triq , ħdejn il-pont tal-Kappara. Hu spjega li x-xogħol qed jinħadem fil-ġebla tal-franka, flok fil-gagazza kif kienet in-niċċa li kien hemm fi Triq Reġjonali, ħdejn il-pixxina.

”Ikollok id-disinn lest u l-ordni fuq xhiex ha timxi, ikollok il-mollijiet tal-bidu. Imbagħad irid ikollok ċertu dixxiplina fuq ix-xogħol biex ma tħalli xejn jaħrablek u tersaq lejn il-perfezzjoni. Ix-xogħol imbagħad jitkellem għalik.”

Id-disinn sar mill-Perit Vincent Centorino, li qal hi fuq stil ta’ kappella klassika mnebbaħ minn skola tal-arti Franċiża li qajla intuża f’Malta.

”Għadna fil-parti t’isfel. Ovvjament iktar ma nitilgħu ‘l fuq hemm arezelel, volti żgħar, gwarniċuni, pedaments li huma ħafna iżjed ikkumplikati.”

In-niċċa li kien hemm fl-akkwati saret 26 sena ilu b’inizjattiva ta’ John Lauria mill-Gżira. Emozzjonat, hu qal li la darba tiġi inawgurata sakemm ittih saħħtu beħsiebu jżur in-niċċa kuljum.

‘Rajtha il-ġimgha li għaddiet u waqfitli qalbi. Immur kuljum żgur, qas jekk inkun b’wheelchair ukoll nitla’ dik wegħda. Inħalliha kemm jista’ jkun first class bid-devozzjoni.”

In-niċċa l-ġdida qed issir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura u l-Kunsill Lokali tal-Gżira.

L-Uffiċjal fil-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, Tano Vella qal ”bħala Ministeru ħadna ħsieb l-ippjanar tagħha, il-periti tagħna iddisinjawha u l-kunsill iffinanzjaha.”

Is-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manche qal ”aħna ridna li ssir f’post addatat. Fejn kienet il-barrier ogħla, mhux aċċessibbli. Dak li jkun issa jista’ jipparkja jieqaf u jinżel ħdejha.”

In-niċċa mistennija tiġi inawgurata f’Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar