Kronaka
Rajthom lil dawn? Il-Pulizija Maltija tfittex erbat irġiel u mara

Il-Pulizija ħabbret li fuq ordni ta’ Maġistrat qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstabu ħames persuni bil-għan li jidhru quddiem il-Qorti.

Il-persuni mfittxija huma Andres Felipe Quimbaya Nieto, Spanjol ta’ 23 sena, Emmi Amanda Kumpulainen, Finlandiża ta’ 21 sena, Habte Mariam Tsegethans, Eritrean ta’ 31 sena, Emanuele Rebora, Taljan ta’ 36 sena u Ibrahim Yassine, Libjan ta’ 40 sena.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Ritratt: Ibrahim Yassine (xellug), Habte Mariam Tsegethans (fin-nofs), u Emanuele Rebora (lemin).