Rapport jallega qerq fl-effiċjenza tal-fuel tal-karozzi

Rapport ġdid qed jgħid li s-sewwieqa qed jiġu mqarqa mill-kumpaniji li jimmanifatturaw il-karozzi meta jgħidu li l-vetturi huma aktar effiċjenti fejn jidħol il-fuel milli fil-fatt huma.

Ir-rapport ta’ Transport & Environment jgħid li l-manifatturi Ewropej spiss jabbużaw mit-testijiet fuq kemm taħli fuel karozza u l-emissjonijiet tas-CO2.

Il-grupp ibbażat Brussel, sab differenza ta’ 40 fil-mija bejn il-fuel u s-CO2 li joħorġu fit-testijiet tal-laboratorji u dawk li joħorġu meta l-karozza tkun fit-triq.

Transport & Environment qal li s-sewwieq qed jonfqu €450 miljun aktar fis-sena milli kienu jaħsbu fuq il-fuel.

Għalkemm ma kkumentawx fuq ir-rapport, ir-regolaturi laqgħu l-idea li jerġgħu jiġu riveduti l-modi kif isiru t-testijiet tal-emissjonijiet.