Immigrazzjoni
Rapport speċjali janalizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni, għada fuq TVM

Għada fl-10.05pm Television Malta se jxandar rapport speċjali mħejji mill-ġurnalist ta’ TVM Liam Carter li se jintraċċa, janalizza u jiżvela dettalji ġodda b’rabta mal-kriżi tal-immigrazzjoni. Il-punt tat-tluq f’dan ir-rapport se tkun il-waqa’ ta’ Muammar Gaddafi u r-Rebbiegħa Għarbija.

Fi ftit kliem, ir-rapport speċjali jħares lejn iċ-ċrieki kriminali li qed jagħmlu l-miljuni minn dan in-negozju illeċitu, jidentifika t-traffikanti ewlenin fir-reġjun u jinvestiga r-rotot prinċipali tal-immigranti mill-pajjiżi tas-Sub Saħara.

Ir-rapport speċjali msejjes fuq għadd ta’ intervisti ta’ analiżi storika u politika ma’ żewġ eks Prim Ministri, Dr Lawrence Gonzi u Dr Alfred Sant, kif ukoll ma’ aktar esperti fil-qasam.

Rapport Speċjali

Rapport Speċjali Nhar Il-Ħamis fl-22:05 fuq TVM

Gepostet von Television Malta am Montag, 18. Mai 2020