Barranin
Rapporti li qed iberraq bejn il-kbarat Talibani fuq l-għażla tal-kabinett

Rapporti, li ġew miċħuda mit-Taliban, qed jgħidu li nqala’ l-inkwiet bejn żewġ fazzjonijiet fi ħdan dan il-grupp dwar il-mod kif tqassam il-kabinett.

Intqal li l-argument inqala’ l-ġimgħa li għaddiet fil-palazz presidenzjali, bejn id-Deputat Prim Ministru Mullah Abdul Ghani Baradar (xellug) u l-Ministru għar-Refuġjati Khalil ur-Rahman Haqqani (lemin).

Allegatament Baradar, li huwa l-ko-fundatur tat-Taliban, mhux kuntent bil-mod kif ġie ffurmat il-gvern, u jrid li r-retorika dwar ir-raġuni għar-rebħa tal-Afganistan għandha tkun iffukata fuq il-ħidma diplomatika ta’ nies bħalu.

Mill-banda l-oħra, Haqqani, li huwa membru prominenti fost il-militanti tal-Haqqani, jemmen li huma l-ġellieda li għandhom jingħataw il-mertu għal din ir-rebħa.