Brexit
Rapporti li Theresa May mistennija titlef il-vot b’distakk konsiderevoli

Minn hawn u ftit ieħor fil-House of Commons se jittieħed il-vot ferm mistenni dwar il-ftehim li l-Prim Ministru Theresa May innegozjat mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit. Qed ikun rappurtat li Theresa May mistennija titlef il-vot b’distakk konsiderevoli ta’ voti u jekk jiġri hekk se jkollha tgħaddi għal pjan ieħor qabel id-29 ta’ Marzu li ġej meta r-Renju Unit suppost joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Ftit sigħat qabel il-vot fil-Parlament, attivisti favur li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea nġabru barra l-Parlament jappellaw għall-vot tal-pubbliku. Persuna bdiet timita lil Theresa May taparsi tinsab fuq it-tmun tal-vapur Titanic li ssemma’ ‘HMS Brexit’ għax fi kliemhom, il-pjan tagħha se jibqa’ dieħel f’iceberg u se jegħreq.

Bert Wander qalet “it is clear that Brexit is a sinking ship and she has a lifelong there which is a people’s vote, a public vote to go back and see what the public want to do and then go on and do it.”

Vot mill-pubbliku jew referendum ieħor fuq il-ftehim innegozjat huma fost l-għażliet li għandha quddiemha Theresa May f’każ li l-House of Commons ma japprovahx il-ftehim li sar. May tista’ wkoll tikkunsidra li tressaq il-ftehim li nnegozjat għall-approvazzjoni tal-poplu. Jekk il-ftehim jiġi aċċettat mill-elettorat jikseb aktar leġittimità biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni fid-29 ta’ Marzu.

Possibiltà oħra hija elezzjoni ġenerali bikrija. L-analisti politiċi jargumentaw iżda li fiha nfisha elezzjoni mhux se ssolvi l-kwistjonijiet li tqajmu fil-Parlament.

F’każ li l-maġġoranza tal-membri tal-House of Commons jivvutaw kontra l-ftehim, il-Prim Ministru May għandha mill-inqas erba’ għażliet oħra quddiemha: li terġa’ tinnegozja ftehim ieħor mal-Unjoni Ewropea; titlob lill-Unjoni Ewropea għal iktar żmien billi ġġedded Artiklu 50; tibqa’ membru tal-Unjoni; jew tibqa’ mingħajr ftehim fuq Brexit u mingħajr perjodu ta’ tranżizzjoni. Madankollu, il-Parlament jeħtieġ jivvota fuq ħafna minn dawn l-għażliet u l-kumplikazzjonijiet jaf jiżdiedu.

Il-vot oriġinali fil-House of Commons kellu jittieħed fil-bidu ta’ Diċembru iżda ġie pospost biex May tikseb assigurazzjonijiet ġodda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fuq ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-blokk Ewropew u fuq il-ftehim dwar il-fruntiera mal-Irlanda ta’ Fuq. Iżda anke dawn jidher li ma kinux biżżejjed biex ixaqilbu l-opinjoni tal-Parlamentari Ingliżi favur il-ftehim.

Fost din l-inċertezza kollha, ħaġa hi ċara li kull xenarju jippreżenta ħafna mistoqsijiet u sfidi li sa issa ħadd għadu ma jaf kif se jiġu indirizzati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Kurżitajiet

Partiċelli tal-karbonu nstabu fis-sekonda ta’ dawk in-nisa tqal li kienu esposti għat-tniġġis fl-arja. Dan qaluh ix-xjentisti li kienu għaddejjin b’riċerka biex jaraw jekk il-kwalità tal-arja li tkun esposta għalih l-omm…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson għandu tnax-il jum biex jagħmel il-pjani tiegħu biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru tal-Finlandja Antti Rinne qal li hu l-President Franċiż Emmanuel…

Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau għamel apoloġija pubblika talli żebagħ wiċċu iswed f’festin bil-kostum tmintax-il sena ilu. Ir-ritratt, li deher f’Time Magazine ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni, juri lill-Prim Ministru Trudeau…

Aktar