Lokali
Rappreżentant ġdid għall-Oppożizzjon fuq il-Bord tal-ERA

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, innomina lill-Inġinier Chris Ciantar bħala r-rappreżentant il-ġdid tal-oppożizzjoni fuq il-bord tal-Awtorita’ dwar l-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista qalet li Dr Ciantar jaħdem fil-privat u għandu dottorat fl-inġinerija ambjentali. Hu se jieħu post Simon Mizzi li l-Partit Nazzjonalista qal li rriżenja minħabba raġunijiet personali.