Barranin
Ratko Mladic jitlef l-appell finali għall-ġeneoċidju li twettaq fl-1995

L-eks kmandant Serb Bożnijaku Ratko Mladic tilef l-appell tiegħu kontra l-kundanna li ngħata fl-2017 għal ġenoċidju, reati tal-gwerra, u reati oħra kontra l-umanità/

Il-qorti tan-Nazzjonijiet Magħquda kkonfermat is-sentenza għal għomru l-ħabs għas-sehem tiegħu fil-massakru li seħħ fl-1995 u fih inqatlu mat-8,000 persuna – bejn irġiel u subien Musulmani Bożnijaċi.

Il-massakru ta’ Srebrenica jitqies bħala l-agħar atroċità kontra l-umanità fl-Ewropa mit-tieni gwerra dinjija ‘l hawn.

Għadu mhux ċar fejn Mladic se jservi l-bqija tas-sentenza tiegħu.