
Sid ta’ razzett kellu jingħata l-kura medika wara li belgħa ammont ta’ duħħan, wara li pprova jsalva r-razzett tiegħu milli jkompli jinqered bin-nirien.
TVM huwa infurmat li kien ftit qabel nofsinhar meta l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, stazzjonat f’Ta’ Kandja, innutaw ilsna tan-nar tilgħin minn qalb l-għelieqi li hemm faċċata tal-Kumpless tal-Pulizija tal-RIU. Meta marru jaraw x’hemm, sabu razzett qed jaqbad u sidu jipprova jsalva l-annimali.
Fuq il-post intbagħtu 3 vetturi tat-tifi tan-nar, li kkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit ħin.
Fir-razzett kien hemm xi żewġt iklieb u żiemel, li nħarġu mill-pumpiera mingħajr ma ġralhom xejn.
Rapport ta’ dan l-inċident qed isir mill-Pulizija tad-Distrett.












Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…
Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…
Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…