Droga
Razzett mibdul f’fabbrika tad-droga – arrestat il-moħħ wara t-traffikar

Ir-razzett fil-Wardija, li ġie mibdul f’residenza lussuża, spiċċa jservi ukoll ta’ fabbrika għad-droga. Fir-residenza li kienet mikrija €4,000 fix-xahar, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabet kmamar b’apparat biex tiġi mmanifatturata u pproċessata d-droga. TVM kompla jinvestiga l-aħħar żviluppi tar-rejds li saru mill-pulizija f’erba’ lokalitajiet differenti, u l-arrest ta’ dak li l-pulizija tqis bħala wieħed mill-barunijiet tad-droga.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqt li tidher li kisret ċirku kbir ta’ traffikar ta’ droga, sabet il-bejta fejn wieħed mill-persuni arrestati fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis li għadda kien qed imexxi t-traffikar tad-droga f’diversi postijiet madwar Malta.

Minn stħarriġ li kompla jagħmel TVM jirriżulta li fir-residenza fil-limiti ta’ San Martin, fil-Wardija fir-rejd il-pulizija sabet saħansitra laboratorju sofistikat għall-manifattura u l-ipproċessar tad-droga. Fih instabu mwieżen elettroniċi, apparat ieħor sabiex isiru l-qratas bid-droga, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ droga kannabis u kokaina. Il-Pulizija sabet ukoll arma tan-nar mhux liċenzjata u munizzjon.

Il-post allegatament kien mikri għal €4,000 fix-xahar minn Jordan Azzopardi. 24 siegħa wara l-arrest tiegħu, Azzopardi tressaq il-Qorti mixli b’xejn inqas minn 15-il akkuża, fosthom bit-traffikar ta’ droga kokaina, eroina u kannabis minn bosta lokalitajiet fejn saru r-rejds mill-pulizija fl-aħħar ġimgħat. Huwa kien akkużat ukoll quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, b’ċirkolazzjoni ta’ flus foloz u anke li kkaġuna feriti gravi fuq persuna u li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar. Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Jordan Azzopardi kien ilu taħt għajnejn il-Pulizija mill-ewwel rejd f’maħżen f’Birkirkara f’Ottubru li għadda għalkemm dakinhar ma nstabx hemmhekk. Il-pulizija komplew isegwu l-passi tiegħu b’suspett li kellu jdejh tliet postijiet oħra, fil-Gżira, fil-Marsa u fil-Blata l-Bajda minn fejn kien isir traffikar u abbuż tad-droga. Il-pulizija wettqu rejds kkordinati f’dawn il-postijiet iżda huwa dejjem irmexxielu jiżgiċċa sakemm inqabad f’nifs din il-ġimgħa.

Sorsi li tkellmu ma’ TVM qalu li allegatament Azzopardi kellu numru ta’ persuni impjegati miegħu biex ‘iqassmu’ u ‘jbigħu’ d-droga minn dawn il-postijiet. L-istess sorsi qalu li dawn il-persuni kellhom ordni speċifika li jekk jindunaw bil-preżenza tal-pulizija, jarmu d-droga fl-aċtu biex jeqirdu l-provi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar