Safar
Re Open EU – app biex tippjana l-vjaġġi tiegħek

Mill-ewwel ta’ Lulju, ser ikunu jistgħu isiru vjaġġi lejn sitt pajjiżi oħra. Madankollu l-Awtorità tat-Turiżmu spjegat li għalkemm żdiedu l-Italja, Spanja, Franza, l-Kroazja, l-Greċja u l-Polonja, l-ivvjaġġar mhux ser ikun jista’ isir lejn ajruporti f’uħud minn dawn il-pajjiżi li għad għandhom rata qawwija ta’ infezzjonijiet. Malta jidher li qed isegwi inizjattivi tal-pajjiżi Ewropew li wkoll bdew jiftħu għat-turizmu. Il-Kummissjoni Ewropea qegħda tagħti palata lil dawn l-inizjattivi bit-tnedija ta’ sit elettroniku u app, reopen.europa.eu biex il-passigġġeri jkunu jistgħu jippjanaw ajar il-vjaġġi tagħhom.

Hekk kif il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qegħdin jiftħu l-ajruporti u l-fruntiera tagħhom għall-ivvjaġġar taċ-ċittadini tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea nediet sit elettroniku bl-isem Re-open EU biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jippjanaw l-ivvjaġġar tagħhom.

Is-sit jagħti informazzjoni b’24 lingwa fosthom bil-Malti li qed tiġi aġġornata kuljum b’dettalji revelanti għall-passiġġieri li jkunu qed jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. Minħabba li hija d-disinjati biex tagħti spinta lit-turiżmu fl-Ewropa, reopen.europa.eu tagħti wkoll id-dettalji fost oħrajn tal-istabbilimenti bħal ħwienet, lukandi u mużewijiet li jinsabu miftuħa.

Mill-aspett ta’ saħħa, is-sit jipprovdi d-dettalji tal-miżuri li għandhom jittieħdu f’kull pajjiż biex jagħmel l-ivvjaġġar aktar sikur. It-tnedija ta’ dan is-sit elttroniku mill-Kummissjoni Ewropea seħħ hekk kif diversi pajjiżi komplew jiftħu għat-turiżmu.

F’Mallorca fi Spanja bdew jaslu madwar 10,000 turist Ġermaniż bħala parti minn proġett pilota tal-Gvern Spanjol. Fost il-miżuri li ittieħdu hemm li l-lukandi naqsu l-okkupanza tagħhom bin-nofs filwaqt li l-parties tal-massa għalissa ma jistgħux isiru.

It-turisti Ġermaniżi intlaqgħu fil-lukandi fost iċ-ċapċip tal-ħaddiema, li għalihom il-ftuħ tal-fruntiera ifisser il-ftuħ tal-istaġun li jidditermina l-għixen tagħhom.

Madwar l-Ewropa, il-linja tal-ajru Easyet reġgħet bdiet topera u din il-ġimgħa hija mistennija tagħmel aktar minn 300 titjira, b’terz minnhom mir-Renju Unit. Il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera huma fost il-pajjjiżi li diġà bdew jiftħu l-fruntiera tagħhom għall-ivvjaġġar u oħrajn fosthom Malta ser jagħmlu l-istess fi żmien ġimgħatejn oħra.

Ara wkoll:

Jiżdiedu sitt pajjiżi li tista’ żżur mill-1 ta’ Lulju u jonqos pajjiż li kien fil-lista oriġinali

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar