L-aħħar traġedja fil-baħar : Reazzjoni tal-Prim Minisrtu

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, stqarr li din it-traġedja turi l-bżonn urġenti ta’ azzjoni konkreta u immedjata mill-Unjoni Ewropea.  F’konferenza tal-aħbarijiet tard il-bierah filgħaxija, il-Prim Ministru qal li din it-traġedja mhijiex wake up call għall-Unjoni Ewropea, għax dik ilha li saret. Dr Muscat qal li kien għadu kemm għamel kuntatt mal-Prim Ministru Taljan, Enrico Letta, u kkonferma li din hi l-pożizzjoni komuni taż-żewġ pajjizi.

Dr Muscat qal : “Dan kollu qed nagħmluh għax aħna nissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħna. Iżda se nibqgħu sodi f’dak li huwa, għax għalhekk konna sodi fuq il-kwistjoni tas-Salamis per eżempju għax kienet kwistjoni ta’ prinċipju hemmhekk. U kwisjtoni li aħna ridna nuru lill-Ewropa li nfissru dak li ngħidu mhux paroli biss. S’issa l-Ewropa paroli. U nerġa ngħid se nkunu sodi ħafna, se nkunu iebsin ħafna mhux mal-imsieken li qegħdin jagħmlu dawn il-vjaggi ta’ disperazzjoni, ħa nkunu iebsin ħafna ma’ politiċi Ewropej. U jien l-ewwel wieħed m’iniex lest li noħrog mill-Kunsill Ewropew li jmiss ngħid li jien sodisfatt jekk ma jkunx hemm azzjoni konkreta.”

Reazzjoni Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda:

Intant il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres esprima xokk għat-tielet traġedja f’temp ta’ ġimgħatejn fil-Mediterran.

Esprima tħassib għal dawk is-Sirjani li qed jaħarbu mill-kunflitt f’pajjiżhom u jirrikorru għal traġitti perikolużi bit-tama li jaslu l-Ewropa.
Tħassib ukoll għax-xhieda ta’ dawk li salvaw li qalu li xi ħadd sparalhom ftit wara li telqu minn Żwara l-Libja u ndarbu tlett passieġieri.
Il-Kummissarju qed jitlob numru ta’ miżuri urġenti li għandhom jittieħdu biex ikunu evitati aktar traġedji u jżidu t-tqassim tal-piż b’mod ekwu.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar