Barranin
Reazzjonijiet mħallta għas-summit bejn Donald Trump u Kim Jong Un

Wara s-summit storiku tal-bieraħ bejn il-Mexxej tal-Korea ta’ fuq Kim Jong Un u l-President Amerikan Donald Trump, il-Pentagon tat l-assigurazzjonijiet tagħha lill-pajjiżi alleati tal-Istati Uniti li d-deċiżjoni ta’ Trump li jikkanċella l-eżerċizzji militari Amerikani fil-Korea ta’ Isfel mhux se jxekklu s-sigurtà. L-eżerċizzji militari Amerikani jinvolvu mat-30,000 suldat fil-bażi militari ta’ Guam.

Il-Pentagon ta din ir-reazzjoni, hekk kif il-pajjiżi alleati tal-Istati Uniti qed iqisu d-deċiżjoni ta’ Trump li jikkanċella dawn l-eżerċizzji militari bħala konċessjoni kbira għall-Korea ta’ Fuq. Min-naħa tiegħu Kim Jong Un wiegħed li se jkun qed iwaqqaf il-programm nukleari u wiegħed ukoll li jżur l-Istati Uniti. Il-Mexxej tal-Korea ta’ fuq stieden ukoll lil Trump biex iżur pajjiżu liema stedina ġiet aċċettata.

Ir-reazzjonijiet għal dan is-summit kienu mħallta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kanċillier Angela Merkel qed tissogra l-pożizzjoni li ilha tokkupa għal dawn l-aħħar 13-il sena u l-futur tal-koalizzjoni tal-Gvern minħabba tilwima taħraq mal-Ministru tal-Intern u Mexxej tal-Partit Konservattiv tal-Bavarja, Horst Seehofer,…

Barranin

Fit-Turkija, instab ġeru bla saħħa bil-pali ta’ saqajh u denbu maqtugħin barra. Kien ilu jumejn hekk, isofri, qabel sabu xi ħadd b’qalbu tajba li ħadu għand veterinarju. Il-filmati grafiċi tal-ġeru…

Barranin

Żagħżugħ Awstrijakk kisser ġebla mill-Kolossew biex iżommha bħala tifkira.  Iżda l-ġest li għamel ma tantx baqa’ mistur għax malajr sab ma’ wiċċu lill-Pulizija Taljana. Waqt ronda fiż-żona tal-Anfiteatro Flavio u…

Barranin

Mijiet ta’ tfal qed jinżammu ġo gaġeġ fil-faċilitajiet mal-fruntiera tal-Istati Uniti. Tfal immigranti, li ġew mifruda minn mal-ġenituri tagħhom, qed jinżammu f’dak li ssejjaħ ħabs. Dan qaluh il-ġurnalisti li żaru…

Aktar