Logħob
Rebaħ €820,000 fil-Quaterno iżda ma marx jiġborhom

Individwu li rebaħ il-jackpot tal-Quaterno ħmistax ilu, li kienet tammonta għal €820,000, għadu ma marx jiġbor flusu.

Maltco Lotteries ħabbret li qed tfittex lir-rebbieħ tal-biljett li nxtara minn ħanut fil-Qawra. In-numri 71 – 23 – 75 – 6 – 27 – 56 – 81 – 8 telgħu fit-18 ta’ Mejju.

Il-kumpanija Maltco ħeġġet lir-rebbieħ biex jersaq ‘il quddiem. Jekk sas-17 ta’ Lulju l-premju ma jkunx inġabar, dan jingħata lill-Fond għall-Kawżi Ġusti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar