Barranin
Rebaħ l-Oscar għall-aqwa attur

Il-lejl li għadda saru l-Academy Awards bl-oscar għall-aqwa film intrebaħ b’sorpriża minn Parasite, il-film sud korean li sar l-ewwel film li mhuwiex bil-lingwa Ingliża li rebaħ Oscar.

Minkejja li kien jitqies mal-favoriti, Parasite rnexxielu jirbaħ oscar għall-aqwa film fejn sar l-ewwel wieħed fl-istorja tal-academy awards li ntrebaħ minn film li mhux bil-lingwa Ingliża. Il-kummiedja satirika ta’ Bong Joon Ho rebħet ukoll l-oscar għall-aqwa direttur, l-aqwa screenplay oriġinali u l-aqwa film internazzjonali biex b’hekk kien il-film li b’erba’ unuri rebaħ l-akbar għadd ta’ premjijiet. Dawn il-kisbiet intlaqgħu b’ewforija fil-Korea ta’ Isfel hekk kif l-oscars kienu segwiti b’ħerqa mill-poplu Asjatiku.

Bong radd ħajr lil Martin Scorsese u lid-direttur Quentin Tarantino waqt id-diskors għar-rebħ tal-kategorija għall-aqwa direttur li kienu innominati miegħu fil-kategoriji ewlenin.

Il-producers tal-film Parasite, Kwak Sin ae u Miky Lee għamlu d-diskors ta’ apprezzament meta tħabbar l-oscar għall-aqwa film.

“I am speechless,” “We never imagined this would ever happen. We are so happy. I feel like a very opportune moment in history is happening right now.”

Il-film tad-direttur Sam Mendes, 1917, dwar l-Ewwel Gwerra Dinjija li kien qed jitqies bħala l-favorit fil-kategorija tal-aqwa film wara rebħiet fil-Baftas, il-Golden Globes u fil-Producers Guild Awards rebaħ tliet oscars iżda l-unuri lkoll intrebħu f’kategoriji tekniċi. L-istorja drammatika ppremjat lil Roger Deakins għall-aqwa ċinematografija, għall-aqwa effetti viżwali u għall-aqwa sound mixing.

Fil-kategoriji ewlenin l-oħra, l-oscar għall-aqwa attur interbaħ minn Jaoquin Phoenix għal film Joker biex b’hekk spiċċa kaxkar il-premju għall-aqwa attur fi kwalunkwe ċerimonja ewlenija tal-għoti tal-unuri.

L-istess Renee Zellweger li rebħet l-oscar għall-aqwa attriċi fil-film Judy.

Brad Pitt rebaħ l-ewwel oscar fil-karriera tiegħu bħala l-aqwa attur f’parti sekondarja għal film, Once upon a Time in Hollywood, filwaqt li Laura Dern rebħet l-oscar għall-aqwa attriċi f’parti sekondarja għall-film, Marriage Story.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għat-tielet ġurnata infila, iċ-Ċina ħabbret tnaqqis f’każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-awtoritajiet irrapportaw 2,009 każi ġodda u 142 mewt fil-pajjiż. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żieda fil-każi ġodda wara…

Barranin

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Barranin

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali. Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed…

Aktar