Mużika
Rebbieħ ta’ X Factor se jkanta mal-Banda Pinto

Ben Heanow, rebbieħ tal-edizzjoni 2014 tal-X Factor li saret erba’ snin ilu fir-Renju Unit, se jkanta f’Malta. Il-kantant żagħżugħ wasal f’Malta biex għada jieħu sehem f’attività organizzata mill-Banda Pinto ta’ Ħal Qormi.

Impressjonat bl-impenn tal-voluntiera waqt it-tħejjijiet għall-festival annwali organizzat mill-Banda Pinto ta’ Ħal Qormi, ir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-X Factor tal-2014 fir-Renju Unit, Ben Heanow, qal li din hija esperjenza ġdida għalih li jkanta f’serata mużikali ma’ banda Maltija.

Ben Heanow qal li “the town themselves and the actual place here is so buzzin’; it’s kind of feels alive already and can feel the excitement of it and that’s something which you do not really get in the UK – the sense of community and the fact that the people want to come together and do something good for … you know people aren’t being paid to do it and they come together to celebrate for purely celebration”.

Fl-isfond tat-tħejjijiet biex għall-ewwel darba jittella’ The X Factor Malta, il-kantant qal li din l-edizzjoni għandha l-kapaċità li tgħolli l-industrija lokali tad-divertiment fil-livell li jmiss.

Ben Heanow qal li “you guys have obviously a lot of talent here – the platform that it gave me to get able to go from sort of playing pubs and clubs locally – to be able to go and play on stage all over the world ; it’s an incredible opportunity and amazing thing”.

Il-President tas-Soċjetà Filarmonika Pinto, Charles Spiteri qal li dan il-programm vokali u strumentali ser ifakkar il-275 sena anniversarju minn meta Ħal Qormi ġiet iddikjarata bħala Belt mill-Gran Mastru Pinto. Huwa qal li l-kunċert, li ser isir ikun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas, jinkludi xelta ta’ mużika klassika u modern bis-sehem ta’ artisti u bands lokali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ żgħażagħ ta’ tmintax u wieħed u għoxrin sena miż-Żejtun qed jinżammu mill-pulizija dwar każi ta’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u St Peter’s Pool. Fi stqarrija, il-pulizija…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jgħinu jitnaddaf il-pajjiż u jitnaqqas l-iskart. F’attività politika bit-tema Lokalitajiet ta’ Għada fis-Swatar, stqarr li mhux kuntent fl-indafa…

Lokali

Mumenti ta’ ġabra spikkaw fiċ-Ċimiterju Militari f’Tal-Pietà waqt it-tifkira għall-eluf ta’ suldati Awstraljani u minn New Zealand li tilfu ħajjiethom biex jiddefendu l-ħelsien fil-battalja ta’ Gallipoli fl-Ewwel Gwerra Dinjija li…

Aktar