Lokali
Rebħu t-titli ta’ Miss u Mr World Malta…

Naomi Dingli ta’ 25 sena minn Ħ’Attard u Alex Borg ta’ 25 sena wkoll mix-Xlendi Għawdex, rebħu t-titli ta’ Miss u Mr World Malta.

B’hekk huma ingħataw id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fl-akbar konkorsi tas-sbuħija Miss u Mr World.

Il-finali ta’ dawn il-konkorsi, jkunu segwiti minn aktar minn żewġ biljun u nofs telespettatur madwar id-dinja.

Il-kontestanti, 24 tfajla u 14-il ġuvni li ħadu sehem fit-23 edizzjoni ta’ dan il-konkors, kienu protagonisti biex iqajjmu kuxjenza kontra t-traffikar tan-nies u l-vjolenza.

Din is-sena l-konkors intwera biss fuq it-televiżjoni biex jitħarsu l-miżuri kontra l-imxija.