Kronaka
Referee aggredit ilbieraħ baqa’ jirċievi messaġġi ta’ theddid

Wara li lbieraħ il-plejer ta’ Sannat Antoine Camilleri deher jagredixxi lill-Assistent Referee Andrea Pavia, plejer ieħor ta’ Sannat baqa’ sa’ filgħaxija jibgħat messaġġi ta’ offiżi u theddid fil-konfront tar-referee tal-partita Massimo Axisa.

Dan b’relazzjoni mal-partita li ntlagħbet is-Sibt wara nofsinhar bejn Oratorju u Sannat, mit-Tieni Diviżjoni tal-GFA. Logħba li kellha tiġi abbandunata fid-90 minuta wara li plejer prova jħebb għar-referee, u imbagħad deher isawwat lill-assistent referee.

Tvm.com.mt jinsab infurmat li iktar tard mal-jum, ir-referee Massimo Axisa għamel rapport lill-Pulizija fl-għassa taż-Żejtun, wara li rċieva messaġġi b’oxxenitajiet u theddid mingħand il-plejer Christian Vella, li wkoll kien parti mit-tim ta’ Sannat għal din il-logħba.

Matul l-istess logħba, Christian Vella kien muri karta safra minħabba protesti żejda li kien qed jagħmel mal-uffiċjali tal-partita.

Intant dan is-sit għamel kuntatt mal-assistent referee Andrea Pavia, li matul din il-logħba kien fil-mira ta’ daqqiet ta’ ponn u sieq mingħand Antoine Camilleri. Dan saħaq magħna li għadu muġugħ fiżikament bid-daqqiet li qala’, tant li kmieni l-Ħadd filgħodu kellu jerġa’ jirrikorri għall-kura medika.

Intant minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, irriżulta li wara li Antoine Camilleri ġie arrestat, dan gerger b’xi uġigħ f’sidru, u talab li jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Ftit tas-sigħat wara, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Minkejja dan hu mistenni jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa fil-ħin li ġej.

Ara wkoll:

Joħroġ mill-grawnd ta’ Kerċem immanettjajt – se jitressaq il-Qorti

F’Għawdex: Logħba mwaqqfa wara li plejer medd assistant referee

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar