Referendum dwar il-kaċċa: Sant Iva jew jastjeni, Casa Iva

Iż-żewġ mexxejja tad-delegazzjonijiet tal-ewro-parlamentari Maltin, Alfred Sant u David Casa ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom għar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Iż-żewġ ewro-deputati ntalbu jiddikjaraw kif se jivvutaw fil-programm Dissett illejla. Waqt li Dr Sant għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel fil-11 ta’ April, is-Sur Casa qal li se jivvota Iva.

Is-Sur Casa qal li se jkun qed jivvota favur li tibqa’ l-kaċċa fir-rebbiegħa għax qal li kien parti mill-Moviment Iva għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Qal li kien qabel man-negozjati tal-Gvern ta’ dak iż-żmien u kien ta kelma lill-kaċċaturi. Qal li se jkun qed jivvota iva biex isostni dak li kien jgħid fil-kampanja referendarja.

Min-naħa tiegħu Dr Sant wieġeb li se jivvota Iva jew se jastjeni. Mistoqsi għaliex għadu bla pożizzjoni, Dr Sant qal li għandu riservi kbar fuq il-mekkaniżmu ta’ referendum. Qal li jekk jgħaddi l-Iva se jkun l-aħħar ċans għall-kaċċaturi li jsostnu l-pożizzjoni tagħhom. Wissa li jekk jgħaddi l-Iva u elementi mill-kaċċaturi jibqgħu jabbużaw se ddur kontra tagħhom bil-kbir.

Fost temi ohra diskussi fil-programm Dissett, Dr Sant u s-Sur Casa  ma qablux dwar il-flus li Malta sellfet lill-Grecja u dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.

Dr. Sant sostna li hu dejjem argumenta li l-interess ta’ Malta kien li jibqa’ ‘l bogħod mid-dejn għaliex hu riskjuż ħafna u hemm ċans kbir li ma jitħallas qatt lura. Min-naħa tiegħu, is-Sur Casa qal li ma jaħsib li s-self lill-Griegi se nitilfuh kollu.

Dwar il-preżenza tat-terroristi tal-Istat Iżlamiku fil-Libja, iż-żewġ ewro-deputati sostnew li s-suġġett għandu jiġi ttrattat bi prudenza kbira.  Dr. Sant saħaq li fl-interess tal-Maltin li għadhom fil-Libja m’għandux isir ħafna diskors żejjed u l-Gvern Malti għandu jitħalla jinnegozja kif jidhirlu l-aħjar filwaqt li jikkonsulta kif qed jagħmel mal-Oppożizzjoni.  Is-Sur Casa min-naħa tiegħu sostna li filwaqt li ma jridx jallarma, qal li t-theddida fil-Libja tista’ tolqot lil Malta u saħaq li Malta m’għandhiex tibqa’ l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea li ma dahlitx fil-koalizzjoni kontra l-ISIS.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għandu 67 sena, u flimkien ma’ missieru sa minn ċkunitu trabba b’passjoni kbira għal trakkijiet militari Amerikani u Ingliżi, u inġenji oħra fosthom magni tal-ajruplani. Michael Cachia jqatta’ ħinu jibni…

COVID-19

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji qalet li l-aġenti u l-operaturi tal-ivvjaġar qegħdin jiffaċjaw diffikultatjiet biex joħorġu r-rifużjonijiet minħabba li l-kumpaniji turistiċi mhumiex qegħdin jibagħtulhom l-flus lura tal-vjaġġi u pakketti tal-ivjaġġar…

Immigrazzjoni

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa…

COVID-19

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali…

Aktar