Barranin
Referendum ieħor dwar l-indipendenza tal-Iskozja “meta mhux jekk”

L-Ewwel Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon qalet lill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li referendum ieħor dwar l-indipendenza hija kwistjoni ta’ “meta mhux jekk”.

Hija nfurmatu b’dan wara li fl-aħħar elezzjonijiet il-partiti favur l-indipendenza kisbu l-maġġoranza fil-Parlament Skoċċiż mentri l-Partit Konservattiv li jmexxi Johnson jinsab fl-Oppożizzjoni.

Sturgeon qalet li dan ir-riżultat jagħtiha l-mandat li tkompli bil-pjan għal referendum ieħor wara li tgħaddi l-pandemija madankollu l-Gvern Ingliż qed jinsisti li din il-kwistjoni kienet magħluqa fir-referendum tal-2014.

Dakinhar 55% ivvvutaw favur li jibqgħu parti mir-Renju Unit mentri 45% ivvutaw biex jinħallu minnha. Ir-Renju Unit huwa ffurmat mill-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq.