COVID-19
Refuġjati ċemplu lill-Caritas biex jgħinu bl-ikel lill-ġirien Maltin tagħhom

Il-Caritas Malta bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Alfred Mizzi qassmet 10,000 ikla lil persuni vulnerabbli li f’dawn l-aħħar seba’ ġimgħat ġew aktar darhom mal-ħajt u din l-ikla għalihom hija bħal manna.

Minn madwar 240 ikla kuljum li kienu jitqassmu fil-bidu tal-pandemija, il-voluntiera issa qed iqassmu 650 ikla kuljum, bil-Caritas tiddeskrivi l-ġenerożità tal-Maltin u ħaddiema barranin bħala xita ta’ providenza.

“Jien ġejt niġbor dawn il-meals biex inqassamhom għal dawn in-nies vulnerabbli f’din is-sitwazzjoni li qegħdin fiha,” qal Lino Said, voluntier tal-ikliet ta’ solidarjetà

B’kuntrast mal-ħemda li s-soltu jkun hawn fl-akwati taċ-ċentru Parrokkjali tal-Iklin, kuljum bejn nofsinhar u s-siegħa qed ikun hemm mas-60 persuna li bħas-Sur Lino Said, jiddedikaw ftit mill-ħin tagħhom biex jgħinu lill-persuni li l-kriżi tal-Coronavirus kompliet tgħakkishom.

“Ħa nqassmuhom lin-nies vulnerabbli li ma jkunux jistgħu joħorġu minn ġod-dar,” qal Gerrard Caruana, voluntier ieħor tal-ikliet ta’ solidarjetà.

“Ħafna minnhom tinduna il huma nies vera fil-bżonn li ħafna minnhom kienu ħaddiema hawn Malta, l-aħħar pay cheque probabbli sarrfuh u litteralment m’għandhomx x’jieklu,” spjega voluntier ieħor, Mark Gatt.

“Jien dejjem nemmen li l-imħabba fiha żewġ naħat, tikber inti u tagħti l-il ħaddieħor allura sodisfazzjoni ikbar minn hekk x’jista jkollok,” qal Fr Jesmond Grech li ukoll hu voluntier tal-ikliet ta’ solidarjetà.

Il-voluntier tal-ikliet ta’ solidarjetà Doreen Spiteri qalet, “Hawn ċertu nies li għandhom ċertu diffikultajiet u jekk nistgħu insibu ftit spazju f’ħajjitna għalihom għaliex le hux.”

Fis-siegħa li qattajna f’wieħed mill-ħames hubs li l-Caritas qed tuża għat-tqassim ta’ dawn l-ikliet, osservajna diversi ħaddiema barranin li f’dan iż-żmien diffiċli ħassew li għandhom jagħtu daqqa t’id fosthom wieħed li biex ikompli jferraħ lin-nies jiġi libes ta’ buffu.

“I though to dress like this because I’m a clown and because people do not need only food and money but even to smile,” qal Mariano la Rocha Mateo, voluntier ieħor tal-ikliet ta’ solidarjetà.

“Huwa l-mument li nagħti xi ħaġa lura lil Malta wara ħames snin ngħix hawn,” qal Marco Graziani.

Alia den Baars, volunteiera tal-ikliet ta’ solidarjetà qalet li “It’s nice to be part of the community and to help each other in this time so that’s what’s important most.”

Il-voluntiera minbarra li iqassmu 650 ikla kuljum, fil-kċina tal-fondazzjoni Alfred Mizzi qed jippreparaw l-ikliet u jorganizzawhom fil-basktijiet fosthom Fr Keith Bonnici u Romina Cuschieri.

“Filbreak tax-xogħol aħna niġu hawnhekk nagħmlu dan ix-xogħol x’sodisfazzjoni itik? li tagħti xi ħaġa mingħajr ma tistenna xejn lura hija xi ħaġa imprezzabbli imma filfatt tieħu ħafna lura,” qalet Romina Cuschieri.

Albert Debono mill-Caritas qal li l-persuni li qed jirċievu l-ikliet jiġu riferuti mill-Kappillani jew mis-social workers li jaħdmu fil-komunità.

“Kellna każ fejn familja refuġjata ċemplitilna biex tirreferi familja ġarha tagħha Maltin illi taħseb li għandhom bżonn, hija xi ħaġa inkredibbli fejn nindunaw li m’hemmx razza m’hemmx reliġjon,” qalet Albert Debono.

Is-Sur Debono qalilna li jinsab impressjonat bil-ġenerożità u l-qalb tajba tal-Maltin f’dik li ddeskriva xita ta’ providenza kuljum.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar