Sajd
Reġa’ wasal żmien il-lampuki…

Mal-festa ta’ Santa Marija, beda l-istaġun li l-Maltin li jiggostaw l-ħut tant ikunu qed jistennew, hekk kif is-sajjieda jerħula għas-sajda tal-lampuki. U x-xorti u n-natura din is-sena donnha qed titbissem lis-sajjieda għaliex qed ikollhom qabdiet sostanzjali kif se naraw f’dan is-servizz ta’ Daphne Cassar.

Is-sajjieda li lmaħna f’Marsxlokk tgħoddhom fuq is-swaba ta’ id waħda hekk kif il-maġġoranza tagħhom bħalissa jinsab bejn sema u ilma għas-sajda tal-lampuki.

Dan hekk kif irranka ġmielu l-istaġun tal-lampuki minn meta beda fil-ħmistax ta’ Awwissu, madwar terz tal-ħut li jinqabad mis-sajjieda Maltin kienu lampuki. Il-lampuka tpassi f’dan iż-żmien u tgħum viċin il-wiċċ ta’ baħar fond u tfittex id-dell tal-kannezzati, teknika tas-sajd li ġiet żviluppata mis-sajjieda Maltin għexieren ta’ snin ilu.

Minkejja li għadu l-bidu għax l-istaġun jibqa’ sejjer sal-31 ta’ Diċembru, il-kelma fuq fomm is-sajjieda dwar il-qabdiet sa issa hija favorevoli u jistennew staġun tajjeb.

Qalu li b’kuntrast mal-istess perjodu tas-sena l-oħra li kien pjuttost batut, qed jaqbdu biżżejjed ħut biex ilaħħqu mad-domanda minkejja li d-daqs tal-lampuki għadu żgħir.

Ġiljan Attard huwa sajjied iżda kif jistqarr huwa stess jippreferi jixtri l-lampuki mingħand sajjieda oħra biex ibiegħhom huwa stess.

Qal li l-lampuka hija waħda mill-iżjed ħutiet popolari bil-lampuki li jgħabbi fuq it-trakk jinħatfu kull darba jmur f’xi raħal jgħajjat bil-ħanġra tipika l-lampuki ħajjin.

Ġiljan Attard hu sajjied, iżda stqarr li għal-lampuki jippreferi jixtrihom mingħand sajjieda oħra biex ibiegħhom.

Qal li l-lampuka hija waħda mill-iżjed ħutiet popolari, bil-lampuki jinħatfu kull darba li jmur f’xi raħal jgħajjat bil-ħanġra tipika “il-lampuki ħajjin.”

”Il-lampuki popolari ħafna kif qed taraw ġa biegħna kollox jiġifieri.”

Ġiljan appella lill-Maltin jixtru l-ħut frisk biex waqt li jieklu tajjeb, isostnu l-għixien tas-sajjieda li jaqilgħu l-ħobża tagħhom mis-sajd.

”Lin-nies inħeġġiġhom biex jixtru dan il-ħut ta’ Malta . . . ħut frisk u li jagħtik is-saħħa.”

Il-lampuka hi wkoll popolari fir-ristoranti, bil-kok Josef Farrugia jgħid li l-iżjed metodu preferut mil-klijenti hija l-lampuka moqlija fil-panura tad-dqiq u biz-zalza tat-tadam, żebbuġ u kappar.

”Bit-dqiq ġo taġen biż-żejt taqliha miż-żewġ naħat biex tiġi tqarmeċ u l-biċċa l-kbira nservu zalza tal-kappar u zalza tad-tadam, popolari ħafna dan id-dixx u jistaqsu ħafna għalih.”

Il-kok kompla jgħid li l-lampuka hija versatili u tisserva wkoll b’modi oħra bħal f’xi torta jew mixwija l-forn.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Aktar tard din is-sena partijiet minn Malta mistennija jerġgħu jintużaw għall-film blockbuster. Il-film ġdid ‘Jurassic World 3′ mistenni jinħareġ fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-aħħar film minn din is-serje kellu…

Politika

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke…

Politika

Waqt żjara fil-ħwienet fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Robert Abela intlaqa’ mill-pubbliku, is-sidien, u l-ħaddiema tal-istabillimenti fi Triq ir-Repubblika. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed u ser ikompli jwettaq il-wegħda tiegħu…

Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus. Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien…

Aktar