Barranin
Reġjun Belġjan jipprojbixxi l-qtil tal-halal u l-kosher sakemm l-annimal ma jkunx stordut

Reġjun Belġjan ipprojbixxa l-qtil tal-halal u l-kosher sakemm l-annimal ma jkunx stordut qabel ma jinqatel. Din id-deċiżjoni ġabet magħha diversi kritika li qed tikser il-libertà tar-reliġjon.

Ir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Flanders huwa l-ewwel reġjun fil-Belġju li immplimenta din il-projbizzjoni, segwit mir-reġjon ta’ Wallonia.
Meta ġiet proposta l-liġi qanqlet kritika kbira mill-Kungress Ewropew tal-Lhud, fejn saħaq li din hija l-akbar attakk fuq id-drittijiet reliġjużi minn żmien in-Nażisti ‘l hawn.

Ir-rit Musulman jitlob li l-annimal jinqatel billi jaqtgħulu l-gerżuma u jiżvinawh sal-aħħar.

Bil-liġi l-ġdida l-annimal irid jiġi stordut qabel ma jinqatel, bil-komunitajiet Musulmani u Lhud tal-Belġju esprimew in-nuqqas ta’ qbil u qalu li meta jaqtgħu l-gerżuma, jeħtieġ li l-annimal ikun b’saħħtu u ma jistax ikun stordut.

Kienu diversi organizzazzjonijiet reliġjużi li ressqu kawżi biex iwaqqfu l-leġiżlazzjoni l-ġdida bit-tama li din il-liġi titneħħa. Sadanitant diversi pajjiżi, fosthom l-Iżvezja, id-Danimarka, l-Iżvizzera u n-New Zealand jipprojbixxu li annimal jinqatel jekk ma jkunx stordut.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar