Barranin
Regolaturi tal-Istati Uniti japprovaw mediċina għall-pazjenti bil-Covid

Regolaturi tal-Istati Uniti approvaw l-użu tal-mediċina antivirali rem-de-sivir għall-pazjenti morda bill-covid fl-isptarijiet.

L-Amministrazzjoni ta’ Ikel u Drogi tal-Istati Uniti, l-FDA qalet li wara li analizi u eżamijiet kliniċi instab li l-mediċina tagħġel il-proċess ta’ rkupru b’ħamest’ijiem.

Dan huwa l-ewwel trattament li rċieva l-barka mill-FDA. Madanakollu l-ġimgħa l-oħra l-għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li rem-de-sivir għandha effett minimu fuq il-pazjenti morda bil-coronavirus. Dikjarazzjoni li manifatturi tal-mediċina Gilead ikkontestaw minnufih.