Propjetà
Regolazzjoni tal-kera fost irwoli ġodda tal-Awtorità tad-Djar

L-Awtorità tad-Djar nediet eżerċizzju ta’ dak li jissejjaħ rebranding. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, qal li dan qed issir minħabba li fl-aħħar snin l-Awtorità tad-Djar wessgħat ix-xogħol u l-missjoni tagħha.

L-awtorita tad-djar qed tingħata libsa ġdida, fost oħrajn fl-isfond ta’ tibdil fil-funzjonijiet tagħha, li minbarra li trid tipprovdi l-akkomodazzjoni soċjali, ser tkun qed tirregola wkoll is-suq tal-kirjiet skont il-liġi ġdida li ġiet approvat b’mod unanimu mill-Parlament.

Iċ-Chairman tal-Awtorità, Robert Ducker, qal li wara 43 sena mwaqqfa, l-Awtorità bdiet tiltaqa’ ma’ sfidi ġodda, u għalhekk inħass il-bżonn tal-eżerċizzju ta’ rebranding.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, qal li l-awtorità mhix ser titbiegħed mill-għeruq tagħha. Sostna li għalkemm jemmen li l-housing soċjali għandu jibqa’ pilastru importanti ħafna, l-awtorità trid taħseb ukoll fi żviluppi oħra f’dan il-qasam.

“Irridu nifhmu wkoll il-bżonn li l-Awtorità mhijiex a one size fits all, m’għandhiex soluzzjoni waħda għall-isfidi differenti u propju dak huwa l-iskop tal-branding tagħna, li nuru li l-Awtorità qed tmiss ma’ diversi setturi ta’ housing f’Malta, inkluż illum anke fil-qasam tal-kirjiet privati,” qal is-Sur McKay.

Is-Sur McKay qal li biex tfakkar it-43 sena mit-twaqqif tagħha, l-Awtorità se tniedi servizz li jiddokumenta l-istorja tal-housing f’Malta u s-sehem li kellha fih l-awtorità.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li dan hu pass ieħor fl-istorja tal-housing. Spjega li l-Awtorità’ tad-Djar toffri skemi ta’ għajnuna li qal jagħtu l-qasba u mhux il-ħuta biex dak li jkun jimxi ‘l quddiem.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-Awtorità tad-Djar ma tistax tikellem biss fuq akkomodazzjoni soċjali, anke għaliex hemm realtajiet oħra li trid tieħu ħsiebhom, fosthom b’housing speċjalizzat għal faxex ta’ persuni vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tlett sorijiet li lkoll għandhom tmenin sena kienu emozzjonati ferm, speċjalment Swor Gesuina Mangion li se jispiċċaw mid-Dar tal-Providenza minħabba l-età wara servizz ta’ aktar minn 50 sena. Is-sorijiet ta’…

Kronaka

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.10pm fi Triq Kristu Re, f’Raħal Ġdid bejn vettura u mutur. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq…

Lokali

Malta m’għandhiex faċilità fejn tirriċikla l-ħġieġ iżda dan xorta qed jerġa’ jintuża. F’dawn il-jiem għadhom kif ġew esportati madwar 6,550 tunnellata ħġieġ imħallat li l-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar, Aaron Farrugia…

Unjoni Ewropea

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen laqgħet il-pjani ta’ Malta biex twettaq ir-riformi legali u istituzzjonali relatati mat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt. F’ittra lill-Prim Ministru Robert Abela, il-Preisdent tal-Kummissjoni Ewropea qalet…

Aktar