Annimali
Iż-żwiemel tal-karozzini se jaħdmu sa mhux iktar minn tlett ijiem f’ġimgħa

B’regolamenti ġodda li daħlu fis-seħħ, iż-żwiemel tal-karozzini mhux se jaħdmu fil-ħinijiet meta x-xemx li l-aktar qed tiżreġ f’Lulju u f’Awwissu. Ir-regolamenti li tħabbru mis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jipprovdu wkoll biex iż-żwiemel fil-karozzini jaħdmu mhux iktar minn tliet ijiem f’ġimgħa.

Daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda tat-trasport bil-karozzini. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li bir-regolamenti l-ġodda li nħarġu f’avviż legali, iż-żwiemel ser jingħataw rispett u ma jibqgħux jitqiesu biss bħala mezz ta’ trasport.

Bir-regolamenti ewlenin, bejn Lulju u Awwissu, iż-żwiemel tal-karozzini ma jistgħux jintużaw bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar u f’dawn il-ħinijiet iridu jitqegħdu f’post għad-dell u jkollhom l-ilma.

Spjega li regola oħra hi li ż-żwiemel jaħdmu ġurnata iva u oħra le biex b’hekk l-istess żiemel ma jintużax iżjed minn tliet darbiet f’ġimgħa b’kull vjaġġ ma jistax ikun itwal minn 45 minuta. Il-perit Camilleri qal li bir-regoli l-ġodda, l-karozzini ma jistghux igorru aktar minn erba’ passiġġieri.

Clint Camilleri qal “nemmen li permezz ta’ dawn ir-regolamenti l-ġodda qed insibu bilanċ kemm bejn id-drittijiet u l-benesseri tal-annimal, kif ukoll tradizzjoni u attività kummerċjali tas-sidien tal-karozzini.

Staqsejna lid-Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, b’liema mod se jiġi assigurat li dawn ir-regolamenti jiġu infurzati.

Noel Montebello qal “aħna diġà għamilna pjan t’azzjoni biex l-uffiċjali tagħna, l-uffiċjali li huma relatati mal-enforcement, ħa jkunu qed iduru propju fil-postijiet fejn hemm il-karozzini u ħa jaraw li dawn qegħdin għad-dell u qegħdin jobdu dawn ir-regolamenti ġodda.Jiġifieri dak sar pjan għaliha qabel ma saret il-liġi biex inkunu preparati għaliha.”

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri qal li dawn ir-regolamenti jorbtu ma’ liġi oħra li għaddiet din il-ġimgħa fil-Parlament li biha żdiedu l-multi għall-moħqrija tal-annimali. Min jinstab ħati li ħaqar annimal jista’ jeħel sa €65,000 l-ewwel darba u sa €80,000 t-tieni darba.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar