Barranin
Rejd kbir fuq il-grupp mafjuż Ndrangheta – 169 arrestati

Madwar 169 membru suspettat ta’ wieħed mill-aktar gruppi mafjużi perikolużi tal-Italja ġew arrestati f’operazzjoni fl-Italja u l-Ġermanja. Fost l-arrestati hemm tliet sindki.

Il-pulizija Ġermaniża qalet li 11-il arrest saru f’erba’ stati Ġermaniżi differenti u kienu bbażati fuq mandat Ewropew li ħarġet il-pulizija Taljana.

Skont il-Carabinieri, dawn l-arresti kisru ċirku ewlieni tal-grupp mafjuż Ndrangheta. Hu mifhum li dan il-grupp daħal f’negozji fl-Italja u l-Ġermanja, partikolarment dawk involuti fl-inbid, l-ikel, il-ġbir tal-iskart u s-servizzi ta’ funerali.

Il-pulizija qalet li numru ta’ uffiċjali pubbliċi huma suspettati b’ korruzzjoni għalkemm ma speċifikawx jekk kinux fl-Italja jew fiż-żewġ pajjiżi. Fir-rejds il-pulizija ssekwestrat mal-€50 miljun ta’ assi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza tal-vittmi li qatel u darab Alek Minassian, ir-raġel li saq għal fuq in-nies it-Tnejn li għadda f’Toronto, kienu nisa. Jidher li Alek Minassian kien jifforma parti minn grupp imsejjaħ…

Barranin

Is-servizz popolari tal-messaging WhatsApp se jipprojbixxi dawk taħt is-16-il sena milli jużaw il-pjattaforma. L-utenti għandhom ikollhom minn tal-anqas 13-il sena iżda l-kumpanija se tbiddel ir-regoli qabel l-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda tal-UE…

Barranin

Raġel ta’ 53 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kien attakkat qrib Anfield qabel is-semifinali taċ-Champions League bejn Liverpool u Roma. Żewġt irġiel Rumani li għandhom 25 u 26 sena…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Franċiż Emmanuel Macron qablu li possibilment jista’ jkun hemm ftehim aġġornat dwar il-programm nukleari tal-Iran. Wara taħditiet fl-Istati Uniti fejn Macron għamel żjara ta’…

Aktar