Reklutaġġ għal studenti Maltin fuq cruise-liner

Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, ħabbar li kumpanija tal-cruise-liners fil-ġimgħat li ġejjin se tagħmel kampanja  għal reklutaġġ lil żgħażagħ Maltin biex jaħdmu fuq il-vapuri tagħha.

Fl-ewwel żjara lill-Istitut tal-Istudji Turistiċi mill-ħatra tiegħu bħala Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis ħabbar li kumpanija barranija tal-cruise-liners se tagħti opportunita’ ta’ xogħol lill-istudenti ta’ dan l-istitut.

Dr Zammit Lewis wera sodisfazzjoni li din is-sena n-numru ta’ studenti ġodda fuq bażi full time rdoppja u laħaq it-800.

Hu stqarr li dan l-istitut huwa storja ta’ suċċess b’95% tal-istudenti jsibu xogħol mil-ewwel fuq il-linja li studjaw.

Ic-Chairman tal-ITS,  Ernest Azzopardi ħabbar li għall-ewwel darba, mis-sena d-dieħla l-ITS se jibda joffri programm ta’ studju f’livell ta’ baċellerat fl-arti kulinarja.

Dr Azzopardi spjega li l-ITS għandu funzjoni importanti fl-iżvilupp mhux biss edukattiv iżda anke ekonomiku għax iħarreġ l-istudenti biex isostnu waħda mil-aktar industriji f’Malta.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar