Avjazzjoni
Rekord ta’ 300 ajruplan irreġistrati taħt bandiera Maltija

Ir-Reġistru tal-Avjazzjoni laħaq rekord ta’ 300 ajruplan irreġistrati taħt bandiera Maltija, li jfisser żieda ta’ 134% fuq medda ta’ 7 snin.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg meta kien qed iżur il-kumpanija Comlux Aviation f’Ta’ Xbiex.

Qal li l-Gvern għaddej b’ħidma sfiqa biex jiżgura li Malta ssir hub tal-avjazzjoni li toffri portaoll wiesa’ ta’ servizzi tal-avjazzjoni minbarra li tkompli tkabbar ir-reġistru tal-ajruplani.

Il-Ministru Borg qal li l-industrija tal-avjazzjoni globali qed tikber b’rata mgħaġġla tant li Malta qed tħares ‘l quddiem biex twessa’ l-cluster tal-avjazzjoni billi aktar kumpaniji tal-avjazzjoni jitħajru jwaqqfu n-negozji tagħhom f’Malta, kif ukoll is-servizzi anċillari marbuta ma’ din l-industrija.

Dr Borg qal li l-kumpanija Comlux Aviation għandha 9 ajruplani rreġistrati Malta u qed tħaddem aktar minn 110 impjegati, li jinkludu ħaddiema li jaħdmu fuq l-art u ekwipaġġ tal-ajruplani.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Andrea Zanetto qal li Malta tat prova li hija pajjiż lest biex jaħdem ma’ kumpaniji bħal Comlux sabiex jimxi ‘l quddiem u jagħmel progress.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Qorti

Alessio Minelli, Taljan ta’ 27 sena, instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Ryan Sacco, pulizija li dak il-ħin kien ‘off-duty’. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2017…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Aktar