Televiżjoni u Radju
Rekord ta’ annimali addottati grazzi għaliha

Ethel Cauchi mhux wiċċ ġdid għax-xandir Malti, hekk kif ħadet sehem f’diversi teledrammi, u eventwalment ippreżentat għadd ta’ programmi wkoll, fosthom ‘SOS Pets’.

Ethel għandha tlett itfal li huma l-mimmi t’għajnejha. Madanakollu, Ethel għandha daqstant ieħor għal qalbha l-annimali.

F’dan l-isfond, fl-2017, Ethel nediet kampanja fuq il-midja soċjali tagħha bl-isem ta’ ‘Ħudni d-dar’, li wasslet għal rekord ta’ annimali li ġew addottati.

Biex issir taf aktar dwar dan u aktar, segwi ‘X’sar minnhom’, illejla fl-10.05pm fuq TVM, hekk kif il-mistiedna tal-programm ta’ din il-ġimgħa ser tkun proprju Ethel.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Kull pajjiż madwar id-dinja miżgħud bis-snajja’ u t-tradizzjonijiet partikolari u distinti li wiret mingħand missirijietu. U, il-gżejjer Maltin, xejn anqas. Fost l-oġġetti ta’ preġju u li huma parti integrali mill-identità…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar