COVID-19
Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja: fl-aħħar 24 siegħa, mietu 838 persuna bil-Coronavirus

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata.

Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu 838 persuna bil-Coronavirus. L-aħħar ċifri juru li l-imwiet fi Spanja rdoppjaw f’ġimgħa. L-awtoritajiet tas-saħħa Spanjoli qed jgħidu li l-virus m’għadux iffukat f’Madrid iżda nfirex sew mal-pajjiż.

Fl-Italja komplew jiżdiedu l-imwiet bil-Covid-19. Bejn ilbieraħ u llum, mietu 756 persuna biex b’hekk l-għadd tal-mejta tela’ għal 10,779. L-Italja għandha t-tieni l-ogħla ammont ta’ persuni li ġew infettati; kważi mitt elf. Minnhom, aktar minn 13,000 fiequ.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, wissa li l-kriżi tal-Coronavirus se taqleb għall-agħar qabel l-affarijiet jibdew imorru għall-aħjar. F’ittra li qed tintbagħat f’kull dar fir-Renju Unit, Johnson qal li l-Gvern mhux se jaħsibha darbtejn biex idaħħal miżuri iktar stretti ħalli titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

Bejn ilbieraħ u llum, mietu 260 persuna bil-Coronavirus. L-għadd tal-mejta fir-Renju Unit issa tela’ għal 1,228.

Il-Ministru Michael Gove ma qagħadx idur mal-lewża għax qal li l-Ingliżi għandhom iħejju ruħhom għal perjodu twil f’lockdown.

”Everyone I think does have to prepare for a significant period when these measures are still in place.”

Id-Deputat Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Gvern Ingliż wissiet li fir-Renju Unit fadallu mill-inqas 6 xhur biex jiġi lura għan-normal. Spjegat iżda li dan ma jfissirx li l-pajjiż se jkun f’lockdown għal 6 xhur.

”But then to see at which point we can actually get back to normal and it is plausible that it could go further than that. We just need to wait to see how successful we’ve been.”

Il-Ministru Robert Jenrick qal li r-Renju Unit kollu qiegħed f’emerġenza.

”I’ve put in place in all parts of the country procedures to ensure that everywhere can be ready to move forward together. All parts of the country are now on an emergency footing.”

Il-Gvern Ingliż qed ibassar li l-epidemija fil-pajjiż se tilħaq il-quċċata fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Ministru għall-Finanzi Ġermaniż instab mejjet fuq il-linja tal-ferrovija qrib Frankfurt. Il-Pulizija qalu li l-katavru ta’ Thomas Schäfer, li kellu 54 sena, instab f’ċirkustanzi li juru li l-persuna wettaq suwiċidju. Iktar kmieni din il-ġimgħa, Schäfer ħabbar pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-oqsma milquta mill-Coronavirus.

Il-President Amerikan, Donald Trump, iddikjara li mhux jikkunsidra kwarantina fi New York, New Jersey u Connecticut. Din kienet it-tieni darba f’ġurnata li Trump biddel fehmtu. Fi tweet, Trump ħabbar li minflok se toħroġ twissija kontra l-ivvjaġġar lejn dawn it-tliet stati.

Fi New York hemm aktar minn 52,000 każ ta’ Covid-19 li jammontaw għal madwar nofs il-każi fl-Istati Uniti. Fl-aħħar sigħat, mietet tarbija ta’ inqas minn sena f’Chicago Illinois bil-Coronavirus. Espert Amerikan qed ibassar li jistgħu jmutu sa 200,000 Amerikan bil-Coronavris.

Il-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi, talab maħfra lill-Indjani talli daħħal miżuri ibsin ħafna biex irażżan l-imxija tal-Coronavirus. Il-miżuri wasslu biex miljuni ta’ nies qed ibatu l-ġuħ u mingħajr xogħol. Għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema kienu sfurzati jimxu mijiet ta’ kilometri lura d-dar għax l-ordni biex in-nies ma joħorġux minn djarhom għall-ebda raġuni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Aktar