Lokali
Rekord ta’ passiġġieri u vetturi li qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex

Is-sena li għaddiet, rekord ta’ passiġġieri u vetturi qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex bil-konsegwenza li l-Gozo Channel operat aktar vjaġġi.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tnax-il xahar li għaddew ħames miljuni, disa’ mija u sbatax-il elf passiġġier użaw l-erba’ vapuri tal-Gozo Channel biex vjaġġaw bejn Malta u Għawdex.

Dan ifisser li s-sena li għaddiet, il-vapuri ġarrew kważi 160,000 passiġġier aktar mill-2018. Ir-raba’ vapur beda jopera f’nofs is-sena li għaddiet.

Bħala vjaġġi, il-kumpanija Gozo Channel operat total ta’ sebgħa u għoxrin elf, sitt mija u tletin vjaġġ; erbat’elef vjaġġ aktar mill-2018.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Kronaka

Ilbieraħ filgħaxija, post li ilu abbandunat żmien twil f’Tas-Sliema ħa n-nar. L-inċident seħħ fi Triq Camenzuli kantuniera ma’ Triq Sant’Enriku f’Tas-Sliema. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni…

Aktar