Storja
Rekord ta’ viżitaturi fis-siti ta’ Heritage Malta s-sena li għaddiet

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena l-oħra kien ta’ €459,758, li jfisser €97,751 iktar mill-2017.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici meta kien qiegħed f’Ħaġar Qim waqt tour mogħti lil studenti mill-Polonja li bħalissa qegħdin Malta bħala parti minn proġett tal-Erasmus mill-Helen Keller Resource Centre.

L-istudenti ġew mgħarrfa li dawn it-tempji megalitiċi huma kkunsidrati fost l-iprem monumenti nazzjonali u huma inklużi fil-Lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO. Is-sena li għaddiet 187,083 turist żaru dan is-sit sinifikanti.

Il-Ministru Bonnici qal li dan hu riżultat ta’ investiment sostanzjali fis-siti u fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta, strateġiji aqwa fir-reklamar flimkien ma’ prezzijiet kompetittivi meta kkumparati ma’ siti kulturali simili ta’ pajjiżi oħra.

Fl-2018, Heritage Malta organizzat, ipparteċipat jew laqgħat aktar minn 260 avveniment kulturali li jinkludu taħdidiet, mixjiet kulturali, seminars u esebizzjonijiet temporanji fost l-oħrajn.

Din is-sena tmien attrazzjonijiet ta’ Heritage Malta inklużi t-Tempji ta’ Ħaġar Qim, ġew ippremjati bi Quality Assured Seal mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Din l-għotja hi marka rikonoxxuta u assoċjata mal-abbiltà li tipprovdi prodott ta’ kwalità b’mod konsistenti.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar