Barranin
Reliġjuż Musulman maqtul fil-Kongo waqt li kien qed jitlob f’moskea

Reliġjuż Musulman kien maqtul b’tiri ta’ arma tan-nar waqt li kien qed jitlob ġo moskea fil-Kongo.

Sheikh Ali Amini kien qed jitlob fil-moskea li tinsab fil-belt ta’ Beni meta kien maqtul minn raġel li wara ħarab fuq mutur misjuq minn ieħor.

Amini kien kritiku ħafna tal-militantiżmu Iżlamiku. Fil-pajjiż hemm numru ta’ gruppi differenti li qed jiġġieldu kontra xulxin.

Il-Kongo kienet milquta minn diversi attakki fosthom uħud li ħa r-responsabbiltà tagħhom l-Istat Iżlamiku.

Matul is-sena li għaddiet aktar minn 2,000 persuna ċivili nqatlu waqt ġlied bejn il-gruppi armati.