Barranin
Renju Unit: Tfal ta’ 10 snin jieħdu zokkor aktar minn kemm wieħed jista’ jieħu ta’ 18-il sena

Fir-Renju Unit, it-tfal sa 10 snin qed jieħdu zokkor ħafna aktar minn kemm hu rrakkomandat, tant li qed jieħdu aktar zokkor minn kemm hu rrakkomandat għal nies ta’ 18-il sena.

It-tfal qed jieħdu zokkor ħafna aktar mil-limitu, jiġifieri dak ta’ 30 gramma ta’ zokkor.

Il-Public Health England qal li għandhom jiddaħħlu t-taxxi għal dawk il-kumpaniji li ma jnaqssux il-livell ta’ zokkor fil-prodotti tagħhom.

L-organizzazzjoni qed tħeġġeġ lill-familji biex inaqssu z-zokkor fost it-tfal tagħhom biex b’hekk jipprevjenu l-obeżità, it-tħassir tas-snin u l-mard. Saħqu li meta wieħed jieħu ikel u xorb b’anqas zokkor ikun qed jagħmel differenza kbira għal saħtu. Huma jissuġġerixxu li tfal bejn 4 u 6 snin m’għandhomx jieħdu aktar minn 19-il gramma zokkor kuljum, tfal mis-7 sa 10 snin mhux aktar minn 24 gramma u 30 gramma minn 11-il sena ‘l fuq. Madankollu t-tfal fir-Renju Unit qed jieħdu mat-52 gramma zokkor kuljum.

Man-nofs zokkor li jieħdu t-tfal ġej mix-xorb, il-ħelu, iċ-ċereali u l-yoghurts. Għaldaqstant il-ġenituri jistgħu pereżempju jagħżlu yoghurts b’anqas zookor, inaqqsu x-xorb biz-zokkor u jagħtuhom ċereali b’anqas zokkor.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar