Forzi Armati
Repubblika lesta tirtira r-rapport kontra l-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 jekk issir inkjesta
L-għaqda Repubblika qalet li lesta tirtira r-rapport kriminali li għamlet kontra l-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 jekk il-Gvern jordna li ssir inkjesta fl-allegat incident rapportat fil-midja li xi membru tal-ekwipaġġ rikeb fuq dinghy tal-immigranti u qatgħalhom il-cable tal-magna biex ma jersqux lejn Malta.
Fi stqarrija, Repubblika qalet  li għalissa ma tarax għalfejn għandha tirtira r-rapport kontra l-Prim Ministru Dr Robert Abela u kontra Kap Kmandant tal-Armata, l-Brigadier Jeffrey Curmi għaliex skont l-Għaqda din l-allegazzjoni kellha tiġi investigata minnufih.