Politika
Repubblika tikteb lill-Kummissarju għall-Istandards dwar il-Ministru Carmelo Abela

L-għaqda Repubblika kitbet lill-Kummissarju għall-Istandards biex tilmenta dwar reklami f’diversi ġurnali bil-logo tal-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li l-għaqda qed tassumi tħallsu minn fondi pubbliċi.

Repubblika kitbet lill-Kummissarju għall-Istandards biex jinvestiga jekk il-Ministru Carmelo Abela kisirx il-kodiċi ta’ etika u r-regoli tan-nefqa pubblika.

Żiedet li l-Kummissarju għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvern biex jadotta proċess ta’ kontroll ċentralizzat bil-għan li r-reklamar minn Ministri jkunu strettament dwar il-funzjoni pubblika tagħhom u mhux fuq bażi personali.