Lokali
Repubblika tilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja dwar ir-riformi istituzzjonali

Fi stqarrija, l-għaqda Repubblika qalet li laqgħet l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja dwar ir-riformi istituzzjonali u li se tkompli tħares ‘il quddiem biex tassigura li l-gvern iżomm il-wegħdiet tiegħu.

Fl-istqarrija, l-għaqda qalet li l-bidliet leġiżlattivi mhumiex fil-qrib biex ifejqu l-marda tal-impunità u tal-illegalità f’Malta. Hija qalet li hemm bżonn li l-Korp, il-prosekuturi u l-imħallfin ikunu indipendenti biex ħadd ma jaħrab mill-ġustizzja.

Irrimarkat ukoll li, kif juri b’mod ċar ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, hemm ħafna aktar xi jsir u ħafna aktar x’jinbidel. Qalet ukoll li r-riforma ġudizjarja ġiet mgħaġġla u mogħtija priorità mill-gvern minħabba l-kawża li fetħet Repubblika f’April 2019 u li issa fuqha fadal id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja.

Repubblika qalet li lesta tirtira l-każ tagħha mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hekk kif tkun tassew sodisfatta li l-liġijiet ġodda li jiġu sottomessi lill-Parlament jinkludu b’mod sħih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar