Lokali
AĠĠORNAT: Jipprotestaw fil-Belt u jinsistu li membri tal-Kabinett jirriżenjaw

L-għaqdiet Repubblika, Occupy Justice u Moviment Graffitti kif ukoll Manuel Delia indirizzaw protesta quddiem Kastilja.

Il-protesta ġiet organizzata fl-isfond tal-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika li ħarġu llum b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ir-rapport ikkonkluda li għalkemm l-Istat ma kienx involut fil-qtil li seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2017 kellu jerfa’ r-responsabbiltà għal dak li seħħ.

Dawk li ħadu sehem fil-protesta talbu biex l-Istat jitlob skuża lill-familja tal-vittma kif ukoll li l-membri tal-Kabinett li b’xi mod inżammew responsabbli jirriżenjaw.

Fil-protest saret talba biex il-Partit Laburista jkeċċi lil Joseph Muscat u li jiġi ffurmat gvern ġdid li jeskludi lil kull l-inkjesta sabet li kien responsabbli.