Barranin
Reshuffle fil-kabinett wara li l-Gvern Ingliż spiċċa fi kriżi

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tlaqqa’ l-kabinett ġdid tagħha dalgħodu wara numru ta’ riżenji minħabba l-istrateġija dwar Brexit, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, ħallew il-Gvern li tmexxi fi kriżi.

May kellha tagħmel resuffle tal-kabinett wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson u l-Ministru li kien qed jinnegozja mal-Unjoni Ewropea dwar il-kundizzjonijiet tal-Brexit, David Davis, irriżenjaw għax qalu li l-pjan maqbul mill-kabinett il-ġimgħa li għaddiet ma jirrispettax il-vot tal-poplu Ingliż fir-referendum għal Brexit.

Il-Prim Ministru May wissiet lill-Partit Konservattiv li jew jingħaqad jew inkella jkollu jiffaċċja l-possibilità li l-Gvern Ingliż jitmexxa mill-Partit Laburista. Jeremy Hunt li se jieħu post Boris Johnson bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li huwa jappoġġja bis-sħiħ lill-Prim Ministru May.

Il-Prim Ministru May ħabbret li Dominic Raab, li kien Ministru għad-Djar, inħatar bħala l-Ministru għal Brexit minflok David Davis.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar