Faċilità Korrettiva
Residenti f’Kordin jagħmlu xogħol ta’ tisbiħ fl-iskola sekondarja f’Santa Luċija

Illum grupp ta’ residenti mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għamlu xogħol ta’ tindif u tisbiħ f’iktar minn 14-il klassi fil-Kulleġġ St Thomas Moore f’Santa Luċija.

Ix-xogħol sar taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali korrettivi, bis-Surmast tal-istess skola kellu kliem ta’ tifħir għall-kwalità tax-xogħol li sar li sar, fejn l-istudenti se jgawdu minn ambjent ta’ klassi isbaħ.

It-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qalet li din hija parti minn sensiela ta’ inizjattivi li qed jiġu organizzati biex ir-residenti jagħtu lura xi ħaġa ta’ ġid lis-soċjetà.