Infrastruttura
Residenti ta’ Ħ’Attard jiddiskutu l-proġett tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta

Residenti li jinfurmaw parti min-Network Ambjentali ta’ residenti ta’ Ħ’Attard intalbu jieħdu sehem f’diskussjoni pubblika dwar il-proġett tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta.

Huma esprimew it-tħassib tagħhom għal dan il-proġett fosthom minħabba li  28,000 metru kwardu ta’ art agrikola se titneħħa u minflok se ssir triq tarmak. Sostnew ukoll li se jinqerdu mat-850 metru kwadru ta’ serer u se jitneħħew numri ta’ parkeġġi.

Ir-residenti ta’ Ħ’Attard sostnew li huma ddiżappuntanti minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni mill-Gvern mar-residenti u mal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.

 

Ara wkoll:

Se jiżdiedu l-karreġġjati tar-roti u se tintuża anqas art agrikola fil-proġett tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta