Ambjent
Imxebbgħin bil-ħmieġ “f’kull kantuniera” ta’ San Pawl il-Baħar

Residenti ta’ San Pawl il-Baħar esprimew il-frustrazzjoni tagħhom fuq il-midja soċjali għall-ammont ta’ ħmieġ fil-lokalità tagħhom, li fi kliem residenta minnhom, issibu “f’kull kantuniera.”

Ritratti, li ngħad li ttieħdu nhar il-Ħadd li għadda, juru skart jiġri fuq il-bankini f’diversi postijiet, kif ukoll ammonti kbar ta’ boroż taż-żibel, li naturalment mhumiex se jinġabru dakinhar.

Il-persuna li tellgħet ir-ritratti qalet li flimkien ma’ residenti oħra diġà organizzat diversi ‘clean-ups’, u li ppruvat ukoll tibdel is-sitwazzjoni b’kampanji edukattivi, iżda mingħajr suċċess.

Filwaqt li rringrazzjat lid-Dipartiment tat-Tindif li bagħat ħaddiema jnaddfu wara li sar rapport mir-residenti, hija sostniet li hemm bżonn iżjed infurzar, u li min iħammeġ irid jibda jiġi mmultat.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar