Barranin
Residenti tal-binja li ġġarrfet fi Miami kienu ilhom jafu li hemm problemi strutturali minn April

Residenti li kienu jgħixu fil-binja li ġġarrfet il-ġimgħa l-oħra fi Miami fi Florida kienu rċevew ittra ta’ twissija f’April li għadda.

L-ittra li kienet mibgħuta mill-Assoċjazzjoni tal-Bini kienet tgħid li gravaw il-ħsarat strutturali. Fl-ittra kien ġie spjegat li l-ħsara strutturali, li kienet ġiet irrapportata għall-ewwel darba fl-2018, marret għall-agħar u jekk ma jsirx ix-xogħol meħtieġ se tkompli tiggrava b’mod allarmanti.

It-twissijiet kienu jikkonsistu fost l-oħrajn dwar ħsara fis-saqaf u qsim fil-garaxxijiet ta’ taħt l-art. Skont l-ittra, ix-xogħol ta’ tiswija kien stmat li jlaħħaq madwar $15-il miljun.

It-tiġrif ħalla minn tal-inqas 12-il persuna mejta b’149 oħra għadhom irrapportati nieqsa.