Lokali
Restawr fil-Ġibsoteka u fl-Awla Magna tal-Università l-Antika

Fl-aħħar snin saru diversi proġetti ta’ restawr fl-Università l-Antika fil-Belt, bl-iktar riċenti jinkludu xogħlijiet fil-kurituri storiċi, kif ukoll il-ġibsoteka u l-Augla Magna tal-Università.

L-Università l-Qadima fil-Belt Valletta fetħet il-bibien fl-1769 meta l-Granmastru Pinto keċċa lill-Ġiżwiti u ġabar diversi istituzzjonijiet fosthom l-iskejjel tal-Mediċina u Anatomija, Matematika u Navigazzjoni u stabilixxa l-Università li għadha tfakkar fl-emblema tagħha lil Pinto bħala fundatur.

Riċentament kienet inawgurata il-Ġibsoteka fis-sede storika tal-Università, fejn hemm il-kollezzjoni prezzjuża tal-Ġibs li ilha fi ħdan l-Università mill-aħħar tas-seklu dsatax.

Il-Professur Keith Sciberras li huwa l-kap fid-Dipartiment tal-Arti tal-Università ta’ Malta spjega li l-preġju tal-kollezzjoni hija attribwita għall-valur estetiku tagħha, u għall-mod kif l-istatwi tal-ġibs kienu jintużaw bhala għodda fil-klassijiet għat-tagħlim akkademiku ta’ diversi suġġetti.

“Kienu jintużaw għad-didattika biex tgħallem u l-istudenti jpinġuhom però anki mill-klassijeit tal-classics, nafu li kienu letteratura Taljana hawnhekk, il-klassijiet tal-fiilosofija kienu jagħmluhom ukoll ċertu diskors biex idaħħlu l-figurli li għandna”.

Il-Professur Sciberras qal li li l-opri li hemm fil-kollezzjoni jirrappreżentaw figuri importanti, li l-iskultur Taljan Michele Gherardi kien iffurmahom mill-istatwi oriġinali tal-irħam li hemm Ruma.

“Figuri importanti ħafna bħall-Apollo del Belvedere, Discopolus u l-Borghese Gladiator u kollha huma ta’ castemaker importanti li kien Taljan, Michele Gherardi”

Anki s-sala ewlenija tal-Augla Magna tal-Università ta’ Malta kienet restawrata propju għall-anniversiarju taċ-ċelebrazzjonijiet tal-250 anniversarju mit-twaqqif tal-Università.

Din is-sala inqalgħet u sarilha proġett ta’ restawr u tisbiħ li twettaq mid-direttorat tal-xogħolijiet tal-Università ta’ Malta.