Lokali
Restawr fuq xogħlijiet ta’ Rafel Bonnici Calì

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien hija mogħnija bl-arti imprezzabbli fosthom tal-artist Tarxiniż Rafel Bonnici Calì li żejjen il-Knisja bi tliet pitturi, tnejn fl-arzelli u oħra fuq il-kor, it-tlieta marbuta mal-Madonna. Il-pitturi juru il-konċilju ta’ Efesu meta l-Madonna ġiet dikjarata Omm Alla, oħra meta fil-Konċilju Vatikan ll, ta t-titlu lil Madonna bħala Omm il-Knisja u oħra li tirrapreżenta personalitajiet li faħħru lill-Madonna.

Joe Farrugia qal “għandek lil Dante, lil Raffael , lil Lorenzo Gonzi li kien għamel l-antifona tal-Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, daħħal lilu nnifsu , lil Dun Ġorġ Preca, daħħal lil dawk kollha li kienu jfaħħru lill-Madonna”.

L-Arċipriet Chris Ellul qal li bħalissa fil-Knisja qed isiru diversi progetti fosthom ir-restawr fuq barra biex ukoll tingħata protezzjoni lill-opri tal-arti li jżejnu lill-knisja.

Dun Christopher Ellul qal “tul iż-żminijiet naħseb li l-poplu Tarxiniż għażel l-aħjar artisti. Għandna lil Galiardi li kwadru titulari u tad-Duttrina, Calì, Francesco Zahra kif ukoll Rafel Bonnici Calì li huma ta’ valur. L-abbozz tagħhom għadu preżenti jinsab l-Uffiċċju Parrokkjali u naħseb li huwa wirt importanti li rridu nieħdu ħsiebu.”

Vince Schembri jgħid li Rafel Bonnici Calì kien ħabib tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca li talbu jpinġilu l-Madonna tal-Verbun Dei.

Vince Schembri qal “Dun Ġorġ kien ġie Ħal Tarxien biex ifehmu kif xtaqha u Rafel pinġihielu imma San Ġorġ Preca xħin mar biex iħallsu qallu jiddisjapjaċini għax ma għandix minn fejn inħallsek u qallu lilek trid tħallsek il-Madonna u Rafel jgħid li għax Dun Ġorġ qallu hekk dejjem sab minn jieħu ħsiebu.”

Biex ifakkar lil dan l-artist, Schembri ħa l-inizjattiva li jgħaddi lill-parroċċa għadd ta’ kartolini biex jitqassmu lin-nies li juri diversi pitturi tal-artist Rafel Bonnici Calì.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li l-pajjiż hu ‘l fuq mill-partiti u waqt li akkuża lill-amministrazzjoni kollha tal-pajjiż b’kompliċità għal kriżi ta’ bħalissa, qal li l-Partit Nazzjonalista fassal proposti…

Temp

Kmieni dalgħodu, parti mit-tinda protettiva tat-tempji ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi, iċċartet minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin. Għaldaqstant, Heritage Malta għalqet l-aċċess għat-tempji għal xi ħin sakemm ġie aċċertat…

Politika

Fit-tnedija uffiċjali tal-kampanja tiegħu għall-Mexxej tal-Partit Laburista, id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, wiegħed li fl-ewwel 100 jum jorganizza konferenza dwar is-saltna tad-dritt biex fi kliemu jissolvew il-problemi li għaddej minnhom…

Aktar