Knisja Maltija
Restawr ta’ pittura unika fil-kappella ta’ Kemmuna

Il-ħarba tal-familja Sagra lejn l-Eġittu jew it-triq lura lejn Nażaret? Il-Kattoliċi għandhom iktar it-tradizzjoni li jfakkru l-ħarba fuq il-ħmara tal-Madonna, Ġesù tarbija u San Ġużepp lejn l-Eżilju fl-Eġittu. Imma t-tradizzjoni Biżantina u Ortodossa tfakkar ir-ritorn tal-familja sagra lejn Nażarett bil-figuri ċentrali juru lil Ġesù issa tfajjel miżmum minn idu minn ommu Marija, warajhom San Ġużepp u l-ħmara. U hija din il-verżjoni li tinsab fl-unika pittura fil-kappella ta’ Kemmuna. Ir-rettur tal-Kappella, jgħid li malli rifes fil-kappella sentejn ilu, ra l-ħsara f’din il-pittura u l-ħtieġa li din tiġi restawrata.

Monsinjur Joseph Attard qal “mal-ewwel rajt li kienet f’pożizzjoni kritika u ħassejt li kelli nagħmel ħilti biex din l-uniku pittura f’din il-kappella li hija wkoll parti mill-patrimonju kulturali, ma tintilifx għal dejjem”.

L-artist li minn idejh ħarġet il-pittura mhux magħruf għalkemm mad-daqqa t’għajn, ir-restawratur Pierre Bugeja qalilna li din x’aktarx saret fil-bidu tas-seklu tmintax.

Pierre Bugeja qal “għandha għamla fit-tond, iżda mhux eskluż li setgħet kienet rettangolari u mhux magħruf jekk din il-pittura inġebditx minn xi mkien ieħor”.

Il-pittura kellha tinqala minn postha u tinġieb Malta għar-restawr. Forsi mhux daqstant faċli biċċa xogħol bħal din, għaliex l-elementi tat-temp u l-baħar setgħu faċilment ikomplu jagħmlulha l-ħsara.

Pierre Bugeja qal “hemm ħafna żebgħa nstabbli li qed taqa’ u anke jekk tidħol viċin hemm l-element ta’ blisters, jiġifieri seta’ kien hemm xi inċident jew xi xemgħat mixgħula fil-qrib.”

Issa li beda t-tindif, ikompli l-proċess li jixħet dawl fuq l-identità ta’ dan il-kwadru. Ir-restawr li huwa proġett iffinanzjat mill-BOV, mistenni jkun lest għal Mejju tas-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar