Storja
Restawrat il-volum li fih l-għotja tal-George Cross

Fl-arkivju notarali fil-Belt ġew konservati bi proċess ta’ restawr id-dokumenti li fihom il-kuntatt tal-għoti tal-George Cross lil Malta f’eżerċizzju li fih ikkollaboraw tliet entitajiet.

Il-kuntratt u l-atti notarili tal-għoti tal-George Cross mir-Re George VI lil Malta fil-15 ta’ April tal-1942 jinsabu f’volum fl-Arkivji Notarili, fil-Belt.

Il-konservazzjoni tal-volum sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Kultura, Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni għall-Arkivji Notarili. Il-Kap tal-Konservazzjoni fl-Arkivji Notarili, Therese Zammit Lupi, qalet li l-volum kien jeħtieġ diversi interventi fosthom it-tindif tal-wiċċ u t-tneħħija ta’ tiswijiet qodma, it-tiswija tas-sinsla tal-ktieb, u t-tiswija tal-qoxra. Dr Zammit Lupi spejgat li l-fatt li l-volum mhux daqstant antik joffri sfidi partikulari.

Il-Konservatriċi, Theresa Zammit Lupi qalet ”għax dawn il-materjali kienu moderni jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq ktieb ta’ ħames mitt sena ilu jew 400 sena ilu, l-materjali iktar ma jkunu antiki, iktar ikun faċli biex taħdimhom u aktar ma jkunu moderni iktar ikunu problematiċi… dan minħabba t-tipi ta’ materjali li jintużaw per eżempju l-materjal tal-karta iktar ma tkun moderna, iktar ikollha fibres qosra, u allura titqatta’ iktar malajr…”

Il-President ta’ Din l-Art Ħelwa, Maria Grazia Cassar qalet li l-volum fih l-insinwar tal-att tal-1947 magħmul min-Nutar Prinċipali tal-Gvern, Carmelo Farrugia. Il-kuntratt tal-għotja kien sar bejn il-Gvernatur u l-Prim Imħallef.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li l-istorja hi parti integrali mill-identità ta’ Malta u kellha rwol importanti fit-tfassil tal-pajjiż. Qal li l-preservazzjoni ta’ dan il-volum storiku hija parti minn strateġija kulturali li għandha l-għan li tħares l-wirt u l-patrimonju nazzjonali Malti għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar