Kultura
Restawrat l-orgni tal-Bażilika tal-Isla

Restawrat l-orgni tal-Bażilika tal-Isla – orgni Ġermaniż li nħadem wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Qabel sar ir-restawr mill-inġinier u restawratur Robert Buhagiar . . . 25% biss tal-orgni tal-Bażilika tal-Isla kien jaħdem. L-inġinier Buhagiar spjega li dan l-orgni, li nħadem wara t-Tieni Gwerra Dinjija, għandu ħoss differenti minn dak ta’ orgnijiet Taljani, li nsibu ħafna minnhom fil-knejjes Maltin. Dan huwa orgni Ġermaniż.

Ir-restawratur, Robert Buhagiar qal li “il-ħoss tiegħu hu differenti minn orgnijiet Taljani bħal ta’ Mascioni u Tamburini, li hawn iktar minnhom fil-gżejjer tagħna milli orgnijiet Ġermaniżi imma dawn l-orgnijiet Ġermaniżi għandhom ħoss daqsxejn brillanti fuq in-neo barokk u allura jagħtu daqsxejn ta’ varjetà fil-palette mużikali tal-orgnijiet li nsibu f’pajjiżna.”

L-inġinier Buhagiar qal li x-xogħol fuq l-orgni, li sar b’finanzjament mit-Tarzna ta’ Palumbo, ħa madwar sitt xhur. Żied li ġiet restawrata u tnaddfet kull parti tal-orgni sabiex il-ħoss li joħroġ minnu jkun tajjeb.

Ir-restawratur, Robert Buhagiar qal li “l-ewwel ġew restawrati l-imnifaħ, imbagħad ġew restawrati l-windchests, li fuqhom ipoġġu s-sfafar. Dawn fihom ħafna valvoli, jekk dawn il-valvoli ma jaħdmux tajjeb is-suffara ma tistax idoqq sew, u mbagħad fl-aħħar nett ġew restawrati s-sfafar, li nġiebu fenj kellhom għafis fejn kellhom ħmieġ tnaddfu u ġew restawrati u ġibthom idoqqu sew.”

L-akbar sfida għar-restawratur kienet il-mod ta’ kif inhu mibni dan l-orgni fil-gallarija tal-bażilika, b’mod partikolari l-aċċess għalih.

Ir-restawratur, Robert Buhagiar qal li “għax peress li qiegħed maħdum fl-għoli biex ikun jista’ jippermetti aċċess għall-bieb li hawn fil-gallarija tal-faċċata tal-knisja dan l-orgni kellu jinħadem b’mod kompatt ħafna u anke fil-għoli.”

Ix-xogħol sar f’diversi fażijiet . . . bix-xogħol intemm bl-intonazzjoni tal-isfafar, 762 suffara b’kollox, li d-daqs tagħhom ivarja minn tmien piedi għal ċentimetru, li ġew iċċekkjati waħda waħda għall-intonazzjoni, sakemm fl-aħħar saret l-akkordatura tal-istrument.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar